Kmieni wara nofsinhar il-Pulizija u Transport Malta rċevew rapport li kien hemm dgħajsa f’Xatt il-Barriera fil-Belt Valletta.
Fuq il-post marru uffiċjali ta’ Transport Malta u kif ukoll Pulizija sabiex jistħarġu u jaraw jekk din id-dgħajsa kinitx irreġistrata u kollox kif sippost.
Ġara li kif waslu u ċċekjaw ir-reġistrazzjoni nnutaw kif ma kelliex permess li titrakka fejn kienet u li sid id-dgħajsa ma deher imkien.
Id-dgħajsa għandha reġistrazzjoni Taljana.