Il-Każ kontra t-tlettax-il akkużat tal-inċident ta’ PaqPaqli Għall-Istrina kien differit għal Diċembru li ġej peress li ma kien hemm l-ebda interpretu professjonali preżenti fil-Qorti.
Is-servizz ta’ interpretu fil-każ intalab mill-avukati tal-akkużat Ingliż Paul Bailey, li saħansitra saħqu li fis-seduta preċedenti, Bailey ma fehem xejn minħabba nuqqas ta’ komunikazzjoni ċara mill-interpretu maħtur. Għalhekk saret talba lill-Maġistrat Aaron Bugeja li l-każ ta’ Bailey jinstema’ separatament mit-tnax-il akkużat l-ieħor.
Il-Maġistrat Bugeja talab lil Bailey jippermetti li ssirlu traduzzjoni mill-Malti għall-Ingliż mill-avukati tiegħu jew minn traduttutri li mhumiex speċjaliżżati, iżda l-akkużat insista li l-Qorti ssiblu traduttur kwalifikat biex isegwi l-proċeduri sew.
Għaldaqstant is-smiegħ kien pospost għall-Diċembru u kien ordnat li fis-seduta jkun hemm preżenti traduttur.