Id-diskors tar-Reġina – li fih il-gvern jippreżenta l-programm leġislattiv se jsir ftit tal-jiem wara milli kien pjanat.
Dan l-avveniment kien mistenni jsir nhar it-Tnejn dsatax ta’ Ġunju.
Dan fl-istess waqt li l-konservattivi qed jinnegozjaw mal-partit demokratiku unionist biex ikollhom l-appoġġ għall-gvern ta’ minorita wara li tilfu l-maġġoranza tal-Commons fl-elezzjoni ġenerali tal-ġimgħa li għaddiet.
Il-partit laburista Ingliż qal li d-dewmien wera li l-gvern jinsab f’kaos.
Waħda mir-raġunijiet għal dan id-dewmien hija għaliex id-diskors irid ikun miktub fuq karta partikolari li tieħu ftit tal-jiem sabiex tinxef il-linka ta’ fuqha.