Bħala parti mill-ħidma li qed issir mill-Grand Harbour Regeneration Corporation fuq ir-restawr tas-swar tal-Ingliżi fl-inħawi magħrufa bħala ż-żona tal-Fossa fil-Belt Valletta, b’effett minn nhar it-Tnejn 24 ta Ottubru se jsiru xi tibdiliet fis-sistema tat-traffiku.
B’dan it-tibdil, mhux se jkun permess li vetturi jinżlu għal din iż-żona jew għal Triq il-Lanċa minn Triq San Nikola.Il-vetturi li jiġu lejn iż-żona tal-Fossa mid-direzzjoni tal-pitch tal-waterpolo tal-Belt u Triq il-Lanċa, se jkunu jistgħu jgħaddu minn taħt il-Jews Sally Port u jitilgħu għal Triq San Nikola.
Dawn l-arranġamenti fis-sistema tat-traffiku se jibqgħu f’effett għal madwar seba’ ġimgħat.
Kulħadd huwa mitlub isegwi t-tabelli li twaħħlu fl-istess inħawi biex jiġu evitati inċidenti jew inkonvenjenzi żejda.