Wara s-suċċess ta’ pajjiżna biex jassigura l-konsenji tal-vaċċin kontra l-Covid-19, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ipprova joħloq diversiv li issa spiċċa sploda f’wiċċu.
Qal dan il-Partit Laburista fi stqarrija, li nnota kif il-kummenti ta’ Grech fl-aħħar sigħat dwar it-taxxa, servew biss biex ifakkru lil kulħadd li għal snin twal hu kien serial tax evader, li qatt ma ndenja ruħu jħallas taxxa.
Il-Partit Laburista qal li jattakka kemm jattakka lil min jitkellem dwar in-nuqqasijiet tiegħu, Bernard Grech jaf li hu serial tax evader u kif il-Kap tal-Oppożizzjoni ppretenda li l-aġir tiegħu jinżamm mistur.
Il-Partit Laburista żied li Bernard Grech għad għandu ħafna mistoqsijiet xi jwieġeb, għaliex il-ħaddiema bieżla li jaħdmu ta’ kuljum u jħallsu dovut minnhom, jistennew aħjar minn min jaspira li jmexxihom.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/12/29/il-pm-jghid-li-bernard-grech-qed-jitlob-xi-haga-li-diga-ghandu-access-ghaliha/