Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malta Devis Mangia ħabbar skwadra ta’ 29 plejer għall-partiti ta’ ħbiberija li tim Malti ser ikollu fil-jiem li ġejjin.
It-tim Malti l-ewwel ser ikun fl-azzjoni fil 25 ta’ Marzu f’partita kontra l-Azerbajan. Malta ser terga tkun fl-azzjoni fi 29 ta’ Marzu f’partita kontra l-Kuwait.
Dawn ż-żewġ partiti ser jintlgħabu fl- Istadium Nazzjonali f’Ta Qali.
Ma l-iskwadra magħżula hemm wkoll l-ex difensur internazzjonali Malti Andrei Agius li ser ikun qiegħed jagħmel l-aħħar żewġ dehriet tiegħu bil-kuluri ta’ pajjiżma wara li fil-ġimgħat li għaddew kien ħabbar li ser jirtira mix-xena internazzjonali.
L-skwadra magħżula hija:
Goalkeepers: Henry Bonello (Ħamrun Spartans FC) Matthew Calleja Cremona (Hibernians FC) Jake Galea (Balzan FC)
Difensuri: Andrei Agius (HiberniansFC) Ferdinando Apap (Hibernians FC) Jean Borg (Valletta FC) Steve Borg (Ħamrun Spartans FC) James Brown (St. Johnstone FC – SCO) Triston Caruana (Valletta FC) Karl Micallef (Ħamrun Spartans FC) Zach Muscat (Casa Pia – POR) Enrico Pepe (BirkirkaraFC)
Midfielders: Cain Attard (Birkirkara FC) Ryan Camenzuli (Floriana FC) Matthew Guillaumier (A.C. Siena – ITA);Adam Magri Overend (Floriana FC) Joseph Essien Mbong (Ħamrun Spartans FC) Nikolai Muscat (Gżira United FC) Brandon Diego Paiber (Floriana FC) Steven Pisani (Gżira United FC) Nevin Portelli (Gżira United FC) Teddy Teuma (R.U. Saint Gilloise- BE) Dunstan Vella (Hibernians FC)
Attakanti: Jan Busuttil (Floriana FC) Jurgen Degabriele (Hibernians FC) Jake Grech (Hibernians FC) Paul Mbong (Birkirkara FC) Luke Montebello (Birkirkara FC) Alexander Satariano (U.S. Pergolettese 1932 – ITA)