L-ikbar bank Ġermaniż, Deutsche Bank mil-llum beda proċess sabiex ikeċċi tmintax-il elf ħaddiem fil-fergħat differenti tiegħu minn madwar id-dinja.
Filfatt ħaddiema u timijiet sħaħ ta’ operazzjoni fil-fergħat tal-bank f’Londra, New York u fl-Asja qed jistennew sabiex jitkeċċew.
Dan il-proċess qed isir bħala parti minn ristruttar fi ħdan il-Bank Ġermaniz wara li dan l-aħħar sofra minn profitt batut u ċitazzjonijiet relatati ma’ kondotta ħażin.