Huwa Khalid Masood isem il-ġiħadista li qatel tlieta u darab 29 oħra f’Westminster ilbieraħ.
Għandu 52 sena u twieled f’Kent. Qatt ma tressaq b’akkużi relatati ma’ terroriżmu, iżda l-Prim Ministru Theresa May qalet li kien fir-radar tal-MI5 numru ta’ snin. Ma kien hemm ebda sinjal li kien se jwettaq attakk terroristiku.
Madood kien missier ta’ tlieta, kien jgħallem l-Ingliż u kkonverta għall-Iżlam. Kien ukoll body builder.
Minkejja li wettaq numru ta’ reati, u nstab fil-pussess ta’ armi fil-passat, qatt ma kellu akkużi relatati mat-terrur. L-ewwel reat tiegħu wettqu f’Novembru 1983 u l-aħħar wieħed f’Diċembru 2003.
Ilbieraħ ta’ daqqiet ta’ sikkina lill-Pulizija Keith Palmer b’żewġt’iskieken, wara li qatel lill-omm ta’ żewġt’itfal Aysha Frade u turist Amerikan Kurt Cochran.