ONE NEWS qed jinvestiga dettalji ġodda b’rabta mal-iskema pagi tal-Partit Nazzjonalista, fejn pagi ta’ uffiċjali għolja jitħallsu min-negozjanti.
Id-dettalji li għandu f’idejh ONE NEWS u li mistennija jkunu żvelati waqt il-programm Pjazza se jitfgħu dawl ġdid fuq dan l-iskandlu li heżżeż lill-Partit Nazzjonalista.
Fl-aħħar 24 siegħa l-Kap tal-Oppożizzjoni ta diversi verżjonijiet dwar l-għotjiet tad-DB Group, li s-sena li għaddiet biss laħqu €77,000. Wara li prova jattakka lil DB Group u jgiddibhom, Simon Busuttil kien iffaċjat bi sfidi li sa issa għadu ma laqax.
L-investigazzjoni ta’ ONE NEWS titfa’ dawl dwar għaliex dawn l-inkonsistenzi kollha minn naħa tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, li issa qed ikun deskritt ukoll bħala “Simon Falz.”