L-ajruplan li waqa’ f’Ħal Luqa huwa magħmul mill-kumpanija Amerikana stabbilita Fairchild Aircraft, li ilha topera mill-1924.
Il-mudell huwa SA227-AT, huwa fixed-wing, bħall-ajruplani normali, u għadu aktar minn magna waħda. Huwa ajruplan manifatturat fl-1983 u ċċertifikat fl-2007. Id-data ta’ skadenza taċ-ċertifikat huwa f’Jannar 2018. Il-magna hija manifatturata mill-kumpanija Garrett, kumpanija Amerikana pijuniera f’ħafna teknoloġiji relatati mas-settur tal-avjazzjoni.
Il-magna hija turbo-prop. Jiġifieri taħdem b’turbina li ddawwar l-iskrun ajruplan, iżda b’kuntrast ma’ turbojet, il-gassijiet tal-exhaust tal-magna ma jkunx fihom biżżejjed enerġija biex joħolqu ispinta sinifikanti, peress li kważi l-qawwa kollha tal-magna tintuża biex iddawwar l-iskrun.
L-ajruplan huwa rreġistrat taħt is-sid Worldwide Aircraft Services Inc., kumpanija Amerikana li ilha topera 25 sena. Iċ-ċertifikat tal-airworthiness, ċioe kemm l-ajruplan huwa tajjeb għal titjijra sigura, inħarġet f’Novembru 2011.
Ritratt © Jeremy – planespotters.net