Illejla, il-Fosos tal-Furjana se jerġa’ jinbidel f’baħar abjad u aħmar, b’partitarji tal-moviment Laburista u persuni oħra li wrew il-fiduċja lill-Prim Minsitru Joseph Muscat fl-ikbar rebħa storika f’Malta.
Il-mass meeting se jibda għall-ħabta tal-15:00 b’numru mdaqqas ta’ bandisti volontiera taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur David Agius, għall-ħabta tal-17:00 se jkun qedj ibda l-pre party bl-aqwa mużika u diski li jfakkru l-isbaħ mumenti tal-kampanja elettorali matul ix-xahar ta’ Mejju.
Biex fis-19:00, il-folla tisma’ l-messagg tal-Prim Minsitru Joseph Muscat, li reġà ngħata l-fiduċja assoluta tal-poplu biex jiggverna u jmexxi lil Malta għall-ħames snin li ġejjin.
Kampanja elettorali b’saħħitha fissret impenn minn numru kbir ta’ voluntiera, li s-sehem tagħhom kien wieħed strumentali. Iżda xorta waħda din il-kampanja irrikjediet eluf kbar t’ewro u għalhekk il-Partit Laburista se jkun qed jiġbor donazzjonijiet fuq il-fosos tal-Floriana f’maratona ġbir ta’ fondi, li se tibda għall-ħabta ta’ nofsinhar u se titmexxa mill-ġurnalisti Antoinette Falzon u Anton Falzon.
Dan filwaqt li se tkun qed tiġi rkantata l-karozza tal-Prim Ministru, bil-fondi kollha miġbura jmorru għall-karità.