Il-kantant famuż George Michael miet b’kawża naturali, dan ikkonfermah tabib legali minn Oxfordshire.
Il-kantant famuż George Michael miet b’kawża naturali, dan ikkonfermah tabib legali minn Oxfordshire.
Huwa miet fl-età ta’ 53 sena fil-Milied, u nstab mejjet fid-dar tiegħu f’Oxfordshire. L-Awtopsja inizjali li saret fuq il-katavru tiegħu ma kinitx konklussiva iżda kien intqal li minkejja li l-kawża tal-mewt tiegħu ma kinitx magħrufa ma kinitx qed tiġi meqjusa bħala waħda suspettuża.
It-tabib legali kkonferma li m’hemmx bżonn li ssir inkjesta u li l-investigazzjoni b’rabta mal-mewt tal-kantant tista’ titwaqqaf.