L-ambaxxatriċi Maltija għall-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, Destiny, qalet li dak li libset ilbieraħ waqt l-ewwel prova jiddefenixxi l-emanċipazzjoni.
Fil-fatt il-kanzunetta li tinterpreta Destiny ‘Je Me Casse’ għandha dan il-messaġġ qawwi.
Fuq il-paġna tagħha fuq facebook, Destiny wieġbet lil dawk kollha li kritikaw il-libsa li dehret biha lbieraħ fuq il-palk ta’ Ahoy Arena, f’Rotterdam.
“Nixtieq nibda billi ngħid li l-libsa għoġbitni għax inħossni komda fiha”, saħqet Destiny.
Destiny kitbet, “Maybe I am not the size six society is used to, maybe the dress or image is more important than an artist’s performance, but I am here to do my job.”