Malta għaddiet għas-serata finali tal-Eurovision Song Contest tas-Sibt 22 ta’ Mejju wara li llejla ġiet mal-ewwel għaxar postijiet fis-semifinali.
B’wirja eċċezzjonali u kunfidenti għall-aħħar, l-ambaxxatriċi Maltija Destiny tat preżentazzjoni spettakolari tal-kanzunetta ‘Je Me Casse’.
Destiny kantat fis-sittax-il pożizzjoni u għalqet il-kompetizzjoni tal-lejla li fiha vvutat il-ġurija u l-pubbliku.
Flimkien ma’ Malta kkwalifikaw in-Noverġja, l-Iżrael, ir-Russja, l-Ażerbajġan, il-Litwanja, Ċipru, l-Iżvezja, il-Belġju u l-Ukrajna.
Il-Ħamis se jikkompetu sbatax-il pajjiż ieħor fejn għaxar pajjiżi oħra jingħaqdu mal-finalisti l-oħra.
Issa li ntemmet l-ewwel serata, mistennija ssir konferenza tal-aħbarijiet bil-kantanti li kkwalifikaw għall-finali u jsir magħruf f’liema parti tal-finali se tikkompeti Malta.
AQRA WKOLL
https://www.one.com.mt/2021/05/19/destiny-se-tkanta-fl-ewwel-nofs-tal-finali-tal-eurovision/