L-Ambaxxatriċi Maltija għall-Eurovision Destiny qalet li llum bdiet bil-vjaġġ tagħha lejn il-Eurovision.
F’ritratt li tellgħet fuq il-midja soċjali, Destiny tidher bil-bagalji quddiem l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Hija ma żvelatx id-destinazzjoni ta’ fejn sejra.
Destiny se tirrappreżenta lil Malta f’Mejju li ġej fil-Eurovision Song Contest li se jsir f’Rotterdam.
Il-kanzunetta ta’ Malta, Je Me Casse hija kwotata ferm li tirbaħ il-Eurovision li ġej.
Fil-fatt skont id-djar tal-imħatri, l-Iżvizzera u Malta huma l-aktar favoriti li jirbħu l-Eurovision Song Contest.