Il-Kantanta Maltija Destiny Chukunyere lbieraħ filgħaxija kklassifikat fit-tielet post bil-kanzunetta ‘All of My Love’ f’festival li sar fuq it-televiżjoni fl-Awstrija li saret fi 3 serati.
F’kull serata kienu jikkompetu l-kanzunetti li kienu se jipparteċipaw fil-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena li tħassar minħabba t-tixrid tal-Coronavirus.
Destiny rebħet it-tieni serata u għalhekk ikkompettiet fis-serata finali li saret ma’ żewġ finalisti oħra fejn irnexxielha tikseb it-tielet post.