Dan miraklu. Hekk iddeskriva l-inċident li seħħ ilbieraħ u li qed jinvestiga Supretendent tal-Pulizija Amerikan, meta helicopter f’Philadelphia waqa’ barra knisja.
L-erba’ passiġġiera li kienu fih, inkluż tarbija, salvaw minn inċident li seta’ kien fatali.
Il-helicopter żvilluppawlu problemi tekniċi, li wassal biex jieqaf jaħdem f’nofs titjijra u jaqa’.
Iżda, waqt l-inżul tiegħu, il-helicopter la miss ma’ wires u arbli tad-dawl u lanqas ħabat ġol-bini li kien imdawwar bih.
Minflok niżel ġo triq sakemm baqa’ jitkaxkar għal ġo arbuxelli li jinsabu barra knisja.
Persuni li raw l-inċident iseħħ quddiem għajnejnhom xorta waħda ma setgħux jemmnu kif f’inċident bħal dak ħadd ma weġġa’; impossibbli.