Il-President Amerikan Joe Biden qal li l-verdett fil-konfront tal-Pulizija li nstab ħati bil-qtil ta’ George Floyd huwa pass fid-direzzjoni t-tajba lejn il-ġustizzja.
Derek Chauvin deher fil-filmat li ċċirkola f’Mejju li għadda jżomm irkopptu m’għonq Floyd waqt l-arrest, minkejja li dan kien qed jgħid li ma jistax jieħu nifs. Dan xpruna protesti kontra l-vjolenza mill-Pulizija madwar id-dinja kollha.
Sigħat wara li Chauvin nstab ħati minn Qorti f’Minneapolis, il-President Amerikan qal li l-proċess ma jistax jieqaf hawn.
Derek Chauvin mistenni jingħata s-sentenza daqs xahrejn oħra, u jista’ jaffaċċja priġunerija ta’ għexieren ta’ snin. Hu mistenni jappella mis-sentenza.