Id-Deputati Nazzjonalisti minn fazzjonijiet differenti qed jiddefendu lill-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi li ried jitfa’ lis-suldati l-ħabs.
Jason Azzopardi iffirma d-denunzja għal għaqda Repubblika u akkuża lill-Prim Ministru, lill-Brigadier Jeffrey Curmi u s-suldati membri tal-ekwipaġġ tal-patrol boat P52 bi qtil volontarju ta’ immigranti.
Iżda l-inkjesta Maġisterjali sabet li la l-Prim Ministru u lanqas l-armata ma qatlu persuni u d-denunzji ma kinux imsejsa fuq provi.
Mitluba jgħidu għandux jerfa r-responsabilità politika, deputati nazzjonalisti mill-fazzjonijiet ta’ Simon Busuttil ħarġu għonqhom għal Jason Azzopardi u saħansitra ddefendew l-aġir tiegħu.
“Jason Azzopardi għamel xogħolu ta’ avukat.”
“X’għandu x’jaqsam max-xogħol parlamentari tiegħu”
Deputati Nazzjonalisti oħrajn kienu skomdi jwieġbu jew ma kinux jafu x’se jaqbdu jgħidu wara li l-aġir ta’ Azzopardi ġab il-kundanna ta’ bosta.
“Għandu jerfa’ responsabilità politika?”….
“Għandu jerfa’ responsabilità?” “Good Afternoon”
Jason Azzopardi qed isib l-appoġġ tal-Partit Nazzjonalista fl-allegazzjonijiet li għamel kontra l-armata.
Saħansitra l-Kap Nazzjonalista qal li Azzopardi m’għandux jerfa’ responsabilità politika għad-denunzji li fetaħ.
“Dr Delia se titlob lil Jason Azzopardi jerfa’ xi tip ta’ responsabilità wara l-inkjesta?”
“Ma jidhirlix li hemm xi responsabbilità minn Jason Azzopardi.”
Ma’ Delia hemm ukoll il-Viċi Kap Nazzjonalista li fuq ix-xandir nazzjonali, b’ton ta’ wieħed ċert, qal iva għal tliet darbiet meta mistoqsi hux komdu b’Jason Azzopardi li ried jitfa’ lis-suldati l-ħabs.
“Inti komdu b’Jason Azzopardi jrid jitfa’ l-ħabs lis-suldati.” “Iva iva iva.”