L-għada tal-Budget u wara li l-imsieħba soċjali u l-editorjali tal-gazzetti kollha ħarġu jfaħħru l-Budget għas-sena d-dieħla ppreżentat mill-Gvern, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech baqa’ jsostni li dan huwa budget tal-ħela.
Barra l-Parlament, l-għada tad-diskors tal-Budget staqsejna wkoll lid-deputati Nazzjonalisti ma’ min jaqblu, jekk hux ma’ Bernard Grech jew mal-imsieħba soċjali.
Min-naħa l-oħra d-deputati Beppe Fenech Adami u Karl Gouder qalulna li Bernard Grech u l-imsieħba soċjali qalu l-istess ħaġa, anki jekk l-istess imsieħba qalu li hu Budget soċjalment kuraġġuż, li jinċentiva x-xogħol u huwa ambjentalment b’saħħtu.
Skon Mario Galea, Bernard Grech ma kienx negattiv.
Ma għaddiex wisq ħin biex waslet konferma oħra tan-negattività ta’ Grech dwar il-Budget.