Deputati tal-Partit Nazzjonalista taw kummenti differenti dwar għaliex ħadd mill-grupp parlamentari ma ried joqgħod Viċi-Kap ta’ Bernard Grech.
Kien hemm min ta’ x’jifhem li ma jimportax li ġara hekk, iżda oħrajn tefgħu dikjarazzjonijiet li jqanqlu mistoqsijiet ikbar.
Fosthom id-deputat Joe Giglio li b’mod indirett indika li seta’ kien hemm min sab l-intoppi biex jikkontesta.
Ġurnalist: “X’taħseb li wassal biex ħadd mid-deputati ma jrid joqgħod Viċi Kap ta’ Bernard Grech?”
Joe Giglio: “Dak inti qed tgħidu, għandek żball.”
Ġurnalist: “Ma kienx hemm nominazzjoni mid-deputati.”
Joe Giglio: “M’għandux x’jaqsam ma jfissirx li ma rridux.”
Id-dikjarazzjoni ta’ Giglio ma kinetx unika.
Fuq l-istess linja tkellmu oħrajn.
Ivan J. Bartolo: “Dak inti qed tgħidu li ħadd ma ried joqgħod, m’għandux x’jaqsam imma ma jfissirx li ħadd ma jrid joqgħod.”
Rebekah Cilia: “Mhuwiex il-każ li ħadd ma jrid jkun il-Viċi Kap”
Kulħadd jaf li Perici Calascione hu qrib il-klikka ta’ Simon Busuttil u dawn id-dikjarazzjonijiet qed iqajmu iktar suspetti dwar x’wassal biex hemm bis esperessjoni waħda ta’ interess.
Dik ta’ kandidat li sena ilu tneħħa minn kariga biex il-Partit Nazzjonalista suppost jiġedded. Issa, minflok se jfittex promozzjoni għall-kariga numru tnejn tal-partit.
Deputati oħra ma tantx kellhom spjegazzjoni meta mistoqsija kif il-PN spiċċa mingħajr interess mill-grupp parlamentari għall-ogħla karigi tiegħu.
Stephen Spiteri: “Jiena naħseb hija għażla ta’ kull individwu fil-grupp.”
Ivan Bartolo: “M’għandix idea ta, mhux kulħadd b’mod personali hux.”
Oħrajn għażlu li ma jikkumentaw xejn.
Li hu żgur li ħadd mid-deputati ma qal dak li qal Bernard Grech li b’kandidat wieħed il-Partit Nazzjonalista għandu l-għażla.
Ġurnalist: “Dejqitek li ħadd mill-Grupp Parlamentari ma ried joqgħod Viċi Kap tiegħek?”
Bernard Gech: “’Qas xejn… għandna l-għażliet.”