Jaħarbu mill-mistoqsijiet, waqt li viżibilment skomdi u inkwetati. Hekk jista’ wieħed jiddeskrivi lid-deputati Nazzjonalisti quddiem il-gwerra li qed jagħmel il-Partit tagħhom stess fuq kull min jikri.
Din il-gwerra toħroġ mill-Pre-Budget Document tal-Partit Nazzjonalista, li tgħid b’mod speċifiku li jitwaqqfu u jiġu limitati persuni li qegħdin jikru l-proprjetà tagħhom.
Minn fost id-deputati tal-Oppożizzjoni, min baqa’ mibluh u min ma riedx iwieġeb.
Ġurnalist: “Fil-Pre-Budget Document li ġie llikjat, kontu għedtu li se twaqqfu l-kirjiet tal-AIRbNb. Tista’ tispjegali dwar dan?”
Min-naħa tiegħu, id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott tana l-parir biex inħarsu ’l quddiem, għax, skontu, dawn mhux affarjiet li għandna nagħtu importanza.
“Tfittxu x-xagħra fl-għaġina.”
“Taqbdu ma’ kwistjoni li ilha xhur
Darren Carabott
Bħalu, għamlet id-Deputata Janice Chetcuti.
“Għadda ż-żmien issa.”
Janice Chetcuti, Deputata Nazzjonalista
Dan filwaqt li d-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li hu ma fehemx il-mistoqsija.
“Ma nistax nifhem x’tip ta’ domandi huma dawn.”
Ġurnalist: “Din toħroġ mill-Pre-Budget Document tagħkom …”
Ryan Callus, Deputat Nazzjonalista
Mhux l-istess bħalhom għamel id-Deputat Nazzjonalista Justin Schembri li, minflok, irrisponda l-mistoqsija, qalilna li qed nigdbu fuqu wara li rrapportajna kif qatt ma ċaħad li ġieli skarta mix-xogħol tiegħu bħala għalliem.
“Mhux se nkun qed nirrispondikom, għax sfortunatament ir-rapporti tagħkom fil-konfront tiegħi, ħlief gideb ma tgħidux. Bir-rispett kollu lejk u lejk. Meta tieqfu tigdbu, inkun nista’ nweġibkom. Għax intom giddibin.”
Justin Schembri, Deputat Nazzjonalista