Id-deputati tal-Partit Nazzjonalista qed jibqgħu jiddefendu n-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxa tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech.
L-istess qed jagħmlu dwar ir-rabtit ta’ deputati tal-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista ma’ Yorgen Fenech, li Grech iddikjara li lest jikkunsidra jagħtih maħfra presidenzjali.
F’konferenza tal-aħbarijiet oħra dwar id-deputat Rosianne Cutajar, id-deputati Karol Aquilina u Therese Comodini Cachia użaw kejl differenti għal sħabhom u għal Cutajar, li rriżenjat minn Segretarju Parlamentari.
Bħal fl-aħħar jiem reġgħu staqsew il-ġurnalisti dwar għaliex m’għandhomx l-istess riga għal kulħadd.
Ġurnalist staqsa, “X’hemm differenti bejn din is-sitwazzjoni u ċ-ċirkostanza fejn kellna żewġ deputati tal-Partit Nazzjonalista jistaqsu għal sala b’xejn mingħand Yorgen Fenech wara li sirna nafu li kien is-sid ta’ 17 Black.”
Therese Commodini Cachia wieġebet hekk, “Is-sanzjonijiet fil-konfront ta’ dawk id-deputati mill-Partit ittieħdu.”
Iżda, dawk id-deputati għandhom membri integrali tal-grupp parlamentari nazzjonalista, bħalma wara kollox għadu Jason Azzopardi.
Dan kien iddikjara li ma jaqla xejn mill-professjoni. U għal darb oħra dwaru ma qalu xejn id-deputati tal-Partit Nazzjonalista.
Ġurnalist staqsa, “Din il-ġimgħa kollega tiegħi ukoll staqsiekom kif seħibkom Jason Azzopardi filwaqt li hu l-avukat tal-Porsche kien iddikjara li m’għandux qlieħ mill-professjoni, dan ma kien iddikjara xejn mill-professjoni. Ser titolbu li jiġi investigat jew kien forsi jaħdmilhom b’xejn lill-klijenti tiegħu Jason Azzopardi?”
Karol Aquilina wieġeb, “Iva erm, Jason Azzopardi l-avukat tal-Porsche.”
Minn hawn ‘il quddiem Aquilina ma qal xejn iktar u ma wieġeb xejn għal sieħbu tal-klikka tal-blue heroes.
Fl-aħħar jiem il-Partit Laburista akkuża lil Bernard Grech li ma jistax jieħu passi għax jekk jagħmel hekk irid jibda minnhu nnifsu ladarba hu tax evader magħruf. Dwaru reġgħu staqsew il-ġurnalisti.
Ġurnalist staqsa, “L-istess argument imma ma japplikax għall-kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta dan kellu snin ta’ taxxa mhux imħallsa u rranġaha wara li tefa’ n-nomina tiegħu għall-leader tal-Partit?”
Iżda, Karol Aquilina ma weġibx u għalhekk bqajna bid-dikjarazzjoni ta’ ftit jiem ilu.
Aquilina qal, “Le maħniex napplikaw 2 weights 2 measures.”