Mhijiex biss il-midja tagħna li issa qed tirrapporta dwar l-inkwiet intern fil-Partit Nazzjonalista. Issa anke mal-Maltatoday deputati tkellmu dwar l-inkwiet li għandu Simon Busuttil.
Filwaqt li qalu li ħadd mhu lest jisfida t-tmexxija qabel l-elezzjoni ġenerali, ikkonfermaw li Busuttil għandu l-problemi mal-għeruq u li diskors li ntqal fil-kumitati sezzjoni urta mhux ftit lit-tmexxija.