Iċ-Ċilen imfittex minn pajjiżu u li nqabad f’pajjiżna fl-aħħar jiem baqa’ meħlus mill-arrest wara li ntalab iħallas depożitu ta’ mitt elf ewro. Il-Qorti ddeċidiet dan wara appell tal-avukat ġenerali mid-deċiżjoni li jingħata l-ħelsien mill-arrest.
Dan id-depożitu meqjus bħala wieħed qawwi u rari tintalab somma simili.
Alberto Chang – Rajii qed jiġġieled l-estradizzjoni wara li huwa akkużat bi frodi ta’ mitt miljun dollaru fi skemi li ħallew mal-mitt elf vittma.
Fil-Qorti spikkaw l-argumenti tal-prosekuzzjoni u d-difiza, b’din tal-aħħar targumenta li ċ-Ċilen ma jridx jaħrab il-ġustizzja u li hemm provi li juru dan. Fosthom il-mod kif dalgħodu mar il-qorti b’taxi qabel kulħadd