Omm ta’ tarbija t’għaxar xhur li kienet qed tgħix Malta illegalment ġiet ikkundannata sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn hekk kif il-Qorti ordnat li tiġi deportata.
Jana Majstorovic, Serba ta’ sebgħa u għoxrin sena, ammettiet l-akkużi miġjuba kontrieha quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke.
Il-mara rritornat u welldet Malta wara li kienet diġa ddeportata fil-passat wara li kienet tgħix Malta illegalment.