Raġel ta’ 30 sena mill-Ġorġja tressaq il-qorti wara li reġa daħal lura f’Malta taħt isem ieħor xahar wara li ġie deportat.
Dalgħodu Vaja Tsikoridze, resident f’ Tas-Sliema, tressaq quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja. Huwa ma ddikjarax uffiċjalment r-ritorn tiegħu f’Malta, wara li ġie diportat f’Mejju ta’ din is-sena meta l-uffiċjali tal-imigrazzjoni indunaw li kienet skaditlu l-visa.
L-Ispettur Darren Buhagiar qal lill-Qorti li wara d-deportazzjoni tiegħu Tsikoridze daħal lura Malta taħt isem differenti.
Wara li d-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali ssuspetta li dan kien imigrant irregolari għamel r-riċerki neċessarji u rriżulta li isem ir-raġel kien magħruf mal-Pulizija.
Il-Pulizija kienet saqsietu għaliex kellu żewġ dokumenti ta’ identifikazzjoni b’ismijiet differenti. Ir-raġel qal li kienet prattika normali li jmur il-Ministru għall-Ġustizzja fil-Ġorġja u li japplika għall-dokument t’identifikazzjoni b’isem differenti.
Id-difiża qalet li ir-raġel huwa vittma tan-nuqqasijiet amministrattivi f’pajjiżu u li għaldaqstant m’għandux jiġi punit għaliex dan huwa każ ġenwin fejn ma kienx jaf li Malta tħaddem sistema’ differenti.
Madanakollu, l-Qorti nnutat li r-raġel diġa kien ġie deportat u li kien fassal strateġija sabiex jirritorna lura Malta u għaldaqstant tat lir-raġel sentenza ta’ priġunerija, fejn intbagħat tlett xhur ħabs.