F’Birmingham ġewwa l-Ingilterra, Denise Agius u Jessica Camilleri urew kapaċitajiet mill-aqwa fil-kompetizzjoni prestiġjuża Strength in Depth – Birmingham International CrossFit Competition. Iż-żewġ atleti, li jitħarrġu taħt il-gwida tal-kowċ Daryl Psaila, kisbu posthom f’din il-kompetizzjoni f’April li għadda.
Denise Agius, b’sentejn u nofs ta’ taħriġ fil-qasam tal-CrossFit, kisbet rebħiet żewġ avvenimenti. Il-wirja li tat f’din il-kompetizzjoni rriżulta biex tispiċċa fil-ħames post minn fost 21 atelta internazzjonali oħra.

Jessica Camilleri, li ilha tikkompeti fil-qasam tal-CrossFit għal dawn l-aħħar sitt snin, ukoll rebħet żewġ avveniment mill-kategorija tal-masters. Għaldaqstant, permezz tal-wirja li tat, hi spiċċat fir-raba’ post minn 13-il atleta internazzjonali.
