Denfil li kien għadu żgħir tilef ħajtu wara li għadd ta’ turisti ċċirkundawh biex jieħdu ritratti tiegħu fuq bajja fi Spanja.
Id-denfil tilef ommu u spiċċa mitluf f’baħar ta’ livell baxx f’Mojacar f’Andalucia.
Kien proprju hemm li t-turisti lemħu lid-denfil u marru biex imelsuh u joħdulu ritratt minflok fittxu li jsibu l-għajnuna.
Equinac, NGO tal-lokal, qalu li l-egoiżmu kien li kkaġuna l-moħqrija fuq dan id-denfil.