Demostrazzjonijiet fiċ-Ċilì kontra l-inugwaljanza ħadu xejra vjolenti hekk kif twettqu vandali fuq żewġ knejjes tant li n-nirien ikkaġunaw diżastru totali fuq knisja minnhom.
Il-kwartieri tal-pulizija tal-lokal kif ukoll diversi ħwienet ukoll sfaw fil-mira ta’ dawn l-atti vandali.
Dan il-protesti jimmarkaw sena minn meta skattaw protesti tal-massa li damu għaddejjin xahrejn sħaħ u qegħdin iseħħu fid-dawl tal-kostituzzjoni fiċ-Ċilì li tmur lura fis-snin militari wara li Gen Augusto Pinochet ħataf il-poter fl-1973.
Bosta demostranti qed iħeġġu lin-nies sabiex jivvutaw favur kostituzzjoni ġdida fir-referendum li ser isir fi tmiem din il-ġimgħa.