Sa fl-aħħar persuni li għandhom demm rari jistgħu jserrħu rashom li se jkun hemm demm riżervat f’kaz ta’ bżonn. Dan hu possibli permezz t’investiment li sar f’magna li tipproċessa d-demm qabel jiġi friżat.
Pass deskritt bħala wieħed kbir meta wieħed iqis li sa ftit xhur ilu dan it-tip ta’ demm kellu jingieb minn barra l-pajjjż bi proċess ikkumplikat. Dalgħodu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żar din il-magna u anke il-friża li se tippreserva d-demm f’temperatura ta’ 80 grad taħt iz-zero.
Jennyfer Cornthwait, mara li għandha demm rari hafna esprimiet is-sodisfazzjon taggħa għal dan l-investiment, li fi kliemha ta serħan il-moħħ għas snin li ġejjin. Id-demm merfugħ fil-friża jista’ jinżamm s’għaxar snin wara.