Traċċi ta’ demm instabu fuq oġġetti li nġabru mill-Pulizija Ingliża, b’rabta mat-tfittxija għaċ-ċkejken Ben Needham.
Huwa kellu biss 21 xahar meta ġie rrapportat nieqas fil-gżira Griega Kos lura fl-1991. Il-Puliizja ta’ South Yorkshire qalet li wettqet testijiet forensiċi ġodda biex toħroġ kampjuni tad-DNA. Issa jemmnu aktar fl-ipoteżi li Ben miet f’inċident qrib fejn sparixxa.
Huwa għeb waqt li kien qed jilgħab viċin razzett, li kien qed jiġi rinovat minn nannu tiegħu f’post bl-isem ta’ Irakli. Kienet seħħet tfittxija intensiva fl-art fejn għeb u f’sit ieħor madwar 750 metru bogħod, bil-ħsieb li Ben seta’ kien mgħaffeġ minn digger fuq is-sit. Madwar sittin oġġett li nstabu waqt it-tfittxija kienu ttieħdu r-Renju Unit.
Issa li nstabu traċċi ta’ demm fuq karozza u sandli, aktar qed tifforma b’saħħitha t-teorija li Ben inqatel minn ħaddiema bi żball u dawn iddisponew mill-katavru. Din l-informazzjoni ħarġet illum, meta hu mifhum li Ben miet 26 sena ilu.