Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li wara s-sessjoni plenarja tal-illejla fil-Parlament huwa ċar li wieħed mill-akkużati tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, kien għal żmien twil klient u ħabib ta’ Mario De Marco, membru prominenti fil-Partit Nazzjonalista.Bl-istess linja ta’ ħsibijiet tal-Kap tal-Oppozizzjoni, De Marco għandu jagħti t-tweġibiet u jekk dan huwa l-każ għandu jkun imkeċċi.
Il-Kap tal-Oppozizzjoni, Adrian Delia għandu wkoll jgħid il-pożizzjoni li se jieħu dawr dan.
L-istqarrija qalet ukoll kif il-Kap tal-Oppozizzjoni għandu jibda jagħti tweġibiet konkreti fl-allegazzjonijiet li għamlet fuqu, Daphne Caruana Galizia dwar prostutuzzjoni, ħasil ta’ flus u drogi.
Il-Partit Laburista temm jgħid fl-istqarrija li biex inaddaf ismu Delia għandu jqabbad lil magistrat indipendenti biex jinvestigah.