Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal: “Aħna Nazzjonalisti, aħna patrijotti.”
F’diskors mill-aktar partiġjan u diviżiv, l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia indirzza lill-partitarji Nazzjonalisti fil-Belt, f’mument fejn il-Partit Nazzjonalista jinsab fl-agħar mumenti tiegħu.
Adrian Delia kien isteriku u uża kliem negattiv sabiex jintgħoġob mall-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil. Kritika diversi setturi fosthom l-infrastruttura u l-edukazzjoni. Diskors li jfakkrek fid-diskorsi negattivi li kien jagħmel Simon Busuttil.
Jum wara li l-Aġenzija tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu Fitch ikkonferma r-rating ta’ Malta bħala A+ stabbli, u li pajjiżna jinsab f’qagħda ekonomika b’saħħitha, Adrian Delia qal li taħt Joseph Muscat aħna ninsabu fl-agħar post possibbli.
Skont id-deputat Nazzjonalista, qrib l-Kap Nazzjonalista, Carm Mifsud Bonnici “Illum kien jum sabiħ għal Partit Nazzjonalista”.
Jum li fih ġie ppublikat l-istħarriġ tal-Malta Today li fih irriżulta li l-Prim Ministru Joseph Muscat huwa iktar fdat minn Adrian Delia, u d-distakk bejn iz-zewġ partiti qiegħed jikbe
Iżda l-membru parlamentari Ewropew Nazzjonalista David Casa, persuna biċċa waħda mal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, ma tantx kien kuntent.
Dan għaliex spiċċa jitkarrab quddiem in-Nazzjonalisti biex jivvutawlu. Casa flimkien mal-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola, f’dawn l-aħħar snin kienu minn ta’ quddiem sabiex iħammġu isem pajjizna fl-istituzzjonijiet Ewropej. B’David Casa jifffaċja akkużi li kien jagħmel użu mid-droga kokaina.
Il-Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista David Casa qal: “Itellfuniex is-saħħa li għandna fil-Parlament Ewropew. Jien naf x’ jiġifieri bejn 2 u bejn 3. U għalhekk għandna saħħa mal- gruppi politiċi għax qegħdin 3”.
Intant, il-firda li hemm fil-Partit Nazzjonalista, bejn il-fazzjoni ta’ Adrian Delia u l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, ikkonferma Carm Mifsud Bonnici, li qal li bħalissa hemm maltemp qawwi.
“Il-maltemp jista jkun qawwi l-importanti li fil-kabina tal-Kaptan ikun hemm il-kalma”.