Iffaċjat bil-mistoqsijiet tal-ġurnalisti l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, spiċċa jagħmel l-istess argument li għamel konferenza tal-aħbarijiet biex jattakkah.
Mistoqsi kif jista’ jistabilixxi li l-investigazzjoni li semmiet dwar 17 Black hi fuq Keith Schembri, Adrian Delia wieġeb billi qal: “Aħna m’aħniex qed ngħidu fuq min hi l-inkjesta. Aħna qed nistaqsu.” Imbagħad semma sensiela ta’ nies fejn beda jistaqsi jekk din l-inkjesta hix fuqhom.
Bi kliemu Adrian Delia spiċċa jammetti li dak li ilu jingħad għal sigħat sħaħ mill-Partit Nazzjonalista hu mibni biss fuq l-ispekulazzjoni.
Fuq kollox jidher ċar li Delia għandu kejl għalih u għal ħaddieħor. Għax meta mistoqsi jekk min ikun investigat mill-l-oppożizzjoni nazzjonalista għandux jirriżenja, Delia uża kejl differenti.