Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ma jridx jgħid kemm hu dħul tieghu fix-xahar. Meta mistoqsi minn The Sunday Times, biex jispjega kif qed ilaħħaq mal obbligi finanzjarji li għandu, Delia naqas milli jgħid x’inhu id-dħul finanzjarju tiegħu fix-xahar. Huwa rreferihom biss għad-dikjarazzjoni tal-assi li hemm fil-Parlament.
Skont din id-dikjarazzjoni li ressaq fil-Parlament f’April li għadda, Delia għandu mas-€700,000 f’dejn. F’intervista fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia naqas milli jagħmel referenza għall-istorja ta’ The Sunday Times jew jispjega kemm hu d-dħul finanzjarju tiegħu fix-xahar.
Minflok, għazel li jigdeb. Din id-darba gideb fuq il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern, Kurt Farrugia. Gidba li ġiet miċħuda f’kemm trodd salib minn Farrugia. Adrian Delia, infexx jigdeb meta qal li Kurt Farrugia ingħata direct orders mill-Ministeru għall-Kultura għal xogħol ta’ marketing u talli iffilmja l-kunċerti.
Delia, li fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti, id-ditta legali tiegħu daħlet ghexieren ta’ eluf ta’ ewro f’konsulenzi, staqsa xi jkun qiegħed jagħmel Kurt Farrugia fil-ħin tax-xogħol. Kurt Farrugia ċaħad immediatament din il gidba. Qal li huwa qatt ma ħa direct order mill-ebda Ministeru u lanqas minn l-ebda entità oħra.
Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern qal li huwa jaħdem aktar mill-ħin stipulat tas-salarju li hu intitolat għalih, u li huwa pubbliku. Kurt Farrugia qal li Delia huwa raġel mifxul u giddieb.
Innota kif Delia missu sab ħin fl intervista biex jispjega d-dubji li hemm dwaru fejn jidħol id-dħul finanzarju tiegħu.