“Il-Partit Nazzjonalista qiegħed ikompli jidgħajjef ġurnata waħda wara l-oħra.”
Sostna dan l-editorjal ta’ The Malta Independent dwar l-istat li hemm fil-Partit Nazzjonalista, f’artiklu bit-titlu ta’ – “Delia’s isolation set to grow further.”
L-editorjal kiteb dwar kif Adrian Delia diġà tilef l-aktar nies qrib tiegħu hekk kif fix-xahar ta’ Frar, f’nofs inkwiet ieħor għall-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli rriżenja minn segretajru ġenerali, Kristy Debono minn President tal-Kunsill Ġenerali u Robert Arrigo ħabbar li mistenni jiriżenja minn viċi kap nazzjonalista. Magħhom irrizenja ukoll Angelito Sciberras minn Direttur tal-uffiċċju Elettorali l-Elcom.
Din il-kariga ittieħdet minn Boris Xerri, l-eks tezorier tal-Partit Nazzjonalista u li kien parti mill-fazzjoni Busuttil meta fis-sajf li għaddha ppreżentaw vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia.
L-editorjal tal-Independent kiteb ukoll dwar ir-rizenja tal-eks kap Nazzjonalista Simon Busuttil u Marthese Portelli. Il-gazzetta qalet li Portelli rriżenjat għax bdiet taqta’ nifisha bis-sitwazzjoni li hemm fil-Partit Nazzjonalista.
Posthom huwa mistenni li jieħdu Ivan Bartolo u David Thake, żewġ deputati kontra Adrian Delia.
Fil-fatt l-editorjal qal li jekk jitilgħu dawn iż-żewġ persuni fil-Parlament, il-pożizzjoni ta’ Adrian Delia se tkompli tiddgħajjef.
L-editorjal kiteb li mhux sigriet li l-grupp parlamentari huwa maqsum u kien hemm sforzi biex itajru lil Adrian Delia.
Qalet li bil-preżenza ta’ Thake u Bartolo, Adrian Delia se jkompli jiġi iżolat u jiddgħajjef aktar.