Minn mitt paġna ta’ miżuri f’oqsma differenti l-Kap tal-Oppożizzjoni ma sab edba miżura xi jfaħħar fl-ewwel reazzjoniji tiegħu wara l-baġit. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.
Il-PL spjega kif f’konferenza tal-aħbarijiet Adrian Delia rrepeta dak li jgħid kull nhar ta’ Ħadd fil-każini tal-Partit Nazzjonalista mingħajr ma deher ta każ ta’ dak li tħabbar mill-Ministru tal-Finanzi.Saħansitra qal li l-gvern li rreġistra l-ikbar surplus fl-Unjoni Ewropea m’għandux pjan ekonomiku.
Qal li dan apparti li bħas soltu kellu żbalji fattwali jew injora għal kollox is-sewwa magħruf.
L-istqarrija tgħid li Delia jrid isib skop għaliex jeżisti bħala kap tal-partit nazzjonalista u donnu li l-uniku skop li kien kapaċi jsib hu li jkun negattiv iktar minn ta’ qablu. Biex minflok il-mod ġdid li wiegħed mar lura għal agħar forma tat-tmexxija. Negattiva u distruttiva li ma tipproponi xejn.