Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, se jkun qed iħabbar shadow cabinet “ġdid” f’dan tmiem il-ġimgħa.
Adrian Delia qed jibgħat għad-deputati tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista f’dawn il-ħinijiet bl-imkejjen tagħna fid-Dar Ċentrali jsostnu li deputati diversi dehru deħlin fl-aħħar minuti. Ħin li mhux tas-soltu għal-laqgħat ta’ dan it-tip. Xhieda tan-nuqqas ta’ fiduċja u biża’ li jsir magħruf dak li jkun qed jaħmi l-Kap. Kif fil-fatt qed jiġri. Fil-fatt Adrian Delia qed isejjaħ id-deputati ftit qabel jagħmel it-tħabbira formali għada filgħodu. Għalkemm mhux eskluż li jkun hemm ċaqliq għax li hu ċert hu li kien hemm deputati stabbiliti, inkluż mill-grupp parlamentari tal-leġiżlatura preċedenti, li għamluha ċara miegħu li mhux se jieħdu rwol sekondarju u saħansitra kellu jirtira minn xi pjanijiet oriġinali li kellu.
Adrian Delia se jkun qed jagħmel din il-bidla xhur wara li laħaq u konsegwenza tal-kritika li l-fatt li m’għamilx il-bidliet kien qed juri dgħjufija.
Fil-fatt sa ftit tal-jiem ilu kien qed jgħid li ma kellux għalfejn jibdel għax il-grupp parlamentari kien qed jaħdem tajjeb.