“Pajjizna sejjer lejn żmien il-gwerra.”
Hekk iddikjara l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fuq il-programm Iswed fuq l-abjad fuq Net Television.
L-Erbgħa filgħaxija, il-Kap Nazzjonalista mar fuq l-istazzjoni televiziv tal-Partit Nazzjonalista u ta x’jifhem li qegħdin ngħixu f’pajjiz tal-biżà.
Kwazi sena wara li laħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia baqa’ jimxi fuq il-kampanja ta’ biza u negattivita li ħoloq il-kap ta’ qablu Simon Busuttil.Fosthom qal li jaf b’familji fejn il-missier qiegħed ikollu jitlaq mix-xogħol biex jaqsam it-triq lit-tifla.
Adrian Delia bezża’ wkoll bl-andament ekonomiku pozittiv li qabad pajjizna.
Qal li dan il-gvern qiegħed joħloq il-faqar, minkejja li statistika wara l-oħra tikkonferma li l-mizuri soċjali li daħħal dan il-gvern għenu sabiex il-faqar ikompli jonqos f’pajjiżna.
Waqt li reġa’ kkritika ċ-ċekkijiet f’rifużjoni ta’ taxxa li qegħdin jintbgħatu lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin, staqsa fejn qiegħed imur is-surplus.
F’aktar kummenti negattivi, Delia donnu ma setax jifhem għaliex l-gvern irid jgħid li bħala pajjiz sejrien tajjeb.
Id-dikjarazzjoni ta’ Adrian Delia saret propju jum qabel ma pajjizna reġa’ rreġistra tkabbir ekonomiku qawwi ta’ ħamsa punt disgħa fil-mija xprunat minn tkabbir sostanzjali fid-dħul tal-ħaddiema. Fil-fatt fl-ewwel nofs tas-sena l-pagi f’Malta kienu €184 miljun ogħla milli kienu s-sena qabel.