Qatt smajtu b’dak li mar ibiegħ ir-refrigerators fin-North Pole ? Jew dak li ħareġ ibiegħ il-heaters fid-deżert tas-Sahara ?
Issa għandna ieħor. Adrian Delia li hu missjunarju, u se jagħmel missjoni speċjali għalih, u qisu se jmur jikkonverti lil tal-Klawsura.
Għamel diskors fuq li jrid jiġġieled kontra l-abort. Emmnuni għedt forsi kien hemm xi ħaġa li ma ndunjatx biha. Umbagħad kif ġabet l-artiklu t-Times, qisha l-uffiċċju missjunarju ta’ Adrian Delia. Aktar tħawwadt meta ċertu Mario Xerri bagħatli kumment fuq Facebook li ma għamilt l-ebda kumment fuq poeżija dwar l-abort, li kienet qed tintbagħat. Għidtlu sinċerament li ma kontx qed nifhem, imma għedtlu l-fehma tiegħi.
Xorta bqajt nahseb li kien dwar id-diskors tal-Missjunarju Delia. Imma mara qrajt li kien hemm miktub u baghtitli l-poesija, sentimentali hafna fuq l-abort.Qabel ngħid kif naħsbiha fuq l-abort, irrid ngħid li meta bniedem fil-politika jgħid li se jiġġieled kontra xi ħaġa, ifisser li hemm theddida. Imma ma tistax onestament tgħid dak il-kliem meta ma jkunx hemm theddida bħal dik. U t-Times għandha marda li saret tinsa.
Fis-16 ta’ Jannar, 2018 (xahrejn u tlett ijiem ilu, mhux is-seklu l-ieħor) it-Times ġabet : “COE Human Rights commissioner Nils Muiznieks had urged Dr Muscat to kick-start an “open and informed public debate on women’s access to abortion,” and to begin the process of decriminalising abortion, having said during a visit to Malta that he was “taken aback” by Malta’s “restrictive” stance on the issue. But in a reply dated January 8, Dr Muscat shot down the request, telling Mr Muižnieks that “my Government neither has the political mandate to open a debate on access to abortion, nor the support of the public opinion on this matter”.
Il-Kunsill tal-Ewropa riedu li nibdew nitħajru għall-abort. U Joseph Muscat qata’ l-għatx bil-perżut, għax qal lil Nils Muiznieks tal-Kunsill tal-Ewropa li l-poplu ma taħx vot fuq hekk, u l-anqas l-opinjoni pubblika ma taqbel ma’ dan. Bravu. U għala Delia jipprova jħawwad l-imħuħ? Nils Muiznieks qal li aħna “magħluqin fuq is-suċċett”. Għalhekk Adrian Delia hu missjunarju tal-klawsura.
Żmien ilu kont qomt fil-Kunsill tal-Ewropa u ċanfart li ħadd ma kien jitkellem fuq id-drittijiet tat-tarbija li ma twelditx.
Il-Professur Giuliano Amato u martu kienu għamlu ħafna propaganda fl-Italja biex l-abort ikun legalizzat. Wara kienu raw dokumentarju, u tant iddispjaċihom li ħarġu jgħidu kif bidlu l-fehma. It-tarbija ħajja tbati u ssofri waqt l-abort !
Mela naqtgħuha, Fr Delia, mur ippriedka x’imkien ieħor.