Il-Partit Nazzjonalista ftit li xejn jista’ jkun kredibbli meta jitkellem dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, ladarba llum għandu kap li żeblaħha bi kliemu meta kienet ħajja u nies li jappoġġjawh lissnu kliem ta’ theddid fil-konfront tagħha. Il-Partit Laburista qal li minn dan il-qtil, li ma jirrappreżentax lis-soċjetà Maltija, Delia jrid jieħu biss kapital politiku. Iżda, hemm realtà differenti minn dik li jpinġi hu.
L-istituzzjonijiet f’pajjiżna, li l-Partit Nazzjonalista l-ħin kollu jrid jimmina, waslu biex illum b’dan il-qtil hemm tliet persuni akkużati l-Qorti. Ħasra li l-aġir ta’ esponenti fil-PN tul l-aħħar sena taw x’jinfitiehem li ma jiddejqux ifixklu l-ġustizzja għal għanijiet politiċi partiġjani.
It-talbiet li issa qed jgħamel il-Kap tal-Oppożizzjoni biex jiġbor ġieħu ma’ fazzjoni li ma tarax għajn m’għajn miegħu wkoll jistgħu jimminaw l-investigazzjoni li hemm għaddejja, saħaq il-Partit Laburista.