Għaddiet ġimgħa sħiħa mill-ewwel deċiżjoni ta’ ċertu portata li ħa l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, u flok wettaqha qed ikollu jħabbat wiccu ma’ rivolta nterna. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista fejn kompla billi qal li ħa deċiżjoni fuq il-karta li ma wettaqx u x’aktarx se jkollu jċedi.
Il-PL qal li Kap li mhux kapaċi jwettaq deċiżjoni li ħa hu stess u li kienet tant ovvja għal ħafna ma jistax ikun fdat bid-deċiżjonijiet li ta’ kuljum ikollu jieħu li kieku jmexxi lill-pajjiż. Simon Busuttil suppost refa’ r-responsabbiltà politika kif qabel Delia nnifsu u sal-lum, sebat ijiem wara, għadu qed jgħaddi ż-żmien bl-istess Delia. Wieħed jistaqsi min fil-verita’ għandu appoġġ fil-Parit Nazzjonalista biex imexxi.
L-istqarrija sostneit li Adrian Delia lmenta li l-Partit Laburista ilu ġimgħa jitkellem dwar Egrant u qed jitkellem dwar żbilanc. L-iżbilanc sofrih il-Prim Ministru u l-Partit Laburista għal 15-il xahar sħaħ. Issa qed johodha bi kbira li l-Partit Laburista jitkellem dwar il-konklużjonijit pubbliċi tal-inkjesta u dan l-ikbar frame up politiku fl-istorja ta’ pajjiżna li bih il-PN ried jerbaħ elezzjoni ġenerali. Il-PL temm billi qal li veru każ ta’ Partit Nazzjonalista mingħajr sens ta’ perspettiva.