Hekk kif il-Gvern jinsab impenjat sabiex iħabbar pjan qawwi ta’ riġenerazzjoni ekonomika sabiex jistimola l-ekonomija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li mhuwiex il-mument li jitħabbar dan il-pjan.
Delia qal dan, wara li l-Prim Ministru Robert Abela spjega kif il-pjan multi-miljunarju, li se jitnhiedi t-tnejn, ser ikompli jgħin lil dawk kollha milquta mill-pandemija.
Madankollu l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia f’intervista fuq il-midja nazzjonalista qal li mhuwiex il-mument ta’ hekk. Negattiv u ħareġ jikkritika dan il-pjan, minkejja li għadu lanqas biss sema’ u wieżen l-għajnuna kbira li ser ikun qed jagħti dan il-Gvern lil poplu Malti u Għawdxi.
“Mhuwiex il-mument ta’ hekk ta’. Jiena kważi kważi qas għadni qed infittex u nara u nsib qed tistenna.”
Fil-fatt il-Kap Nazzjonalista prova jimmina l-ħidma tal-Gvern. Ħidma li ser tissarraf fit-tisħieħ tal-ekonomija Maltija sabiex il-ġid jibqa’ jasal għand kulħadd.
“Mhux gej mini budget ta’. Ġej pakkett ieħor.”
B’Adrian Delia kompla għaddej b’kantaliena negattiva. Anki jekk il-ħidma tal-Gvern waqt il-pandemija sarfet biex ġew salvati n-negozji u ġew salvati mitt elf impjieg.
“II-Gvern ma qed jagħmel xejn minnu.”
Fl-istess intervista Adrian Delia injora rapporti internazzjonali indipendenti u aġenziji ta’ kreditu internazzjonali bħal Fitch, Moody’s, id-DBRS u l-Fond Moniteraju Internazzjonali li kollha kkonfermaw l-ekonomija stabbli u b’saħħitha Maltija.
“Għandna internament l-istruttura bażika ekonomika tagħna li ma hijiex b’saħħitha.”