Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ma kienx jaf iwieġeb kemm żdiedu l-pensjonijiet f’dawn l-aħħar snin u skont hu l-punt mhux jekk żdiedux jew le.
Dan minkejja l-appell li għamel il-Ħadd li għadda biex il-Gvern jibda jagħti l-kas l-anzjani.
Fil-fatt f’dawn l-aħħar ħames snin, il-pensjonanti żdiedu b’medja ta’ aktar minn ħmistax il-ewro fil-ġimgħa. Kuntrarju għal dak li sar taħt Gvern Nazzjonalista fejn dawn baqgħu ffriżati għal ħamsa u għoxrin sena sħaħ.
Minkejja li qal li jrid jibda diskussjoni dwar il-pensjonijiet f’pajjiżna, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma kienx jaf iwieġeb b’kemm zdiedu l-pensjonijiet tul dawn l-aħħar snin.
U wisq anqas x’għamel Gvern Nazzjonalista dwar il-pensjonijiet fil-ħamsa u għoxrin sena li dam jiggverna.
Iffaċċjat b’aktar mistoqsijiet dwar il-pensjonijiet, il-Kap Nazzjonalista baqa’ jaħrab milli jwieġeb b’ONE NEWS ifakkru b’kemm żdiedu l-pensjonijiet f’dawn l-aħħar tliet snin.
Lili ma għandekx għalfejn tikkonvinċini minix pensjonant
L-aħħar żieda fil-pensjonijiet qabel dawk riċenti taħt Gvern immexxi minn Joseph Muscat, kienet saret taħt Gvern Laburista fit-tmeninijiet biex imbagħad il-pensjonijiet għamlu aktar minn ħamsa u għoxrin sena staġatni taħt kull amministrazzjoni nazzjonalista.
Mill-elfejn u sittax l’ hawn apparti ż-żidiet li ngħataw b’mod gradwali, għola l-‘capping’ tal-eżenzjoni tat-taxxa u kif ukoll ingħataw tlett mitt ewro lill-anzjani ta’ aktar minn ħamsa u sebgħin sena.
Dan kollu minbarra ż-żieda tal-għoli tal-ħajja.
Intant mistoqsi dwar id-dikjarazzjoni tiegħu li familja li ma tagħmilx ħames impjiegi m’għandhiex biex tieħu pizza, il-Kap Nazzjonalista waqaf iwieġeb u ħarab mill-mistoqsija.