Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, ma kundannax il-gidba ta’ Jason Azzopardi dwar ulied il-Prim Ministru, Joseph Muscat. Iktar kmieni llum Azzopardi kien għaddej b’dagħdiha ta’ posts u gideb fuq il-Prim Ministru fosthom li uliedu se jintbagħtu fi skola barra minn Malta li tiswa ħafna flus.
Iżda, jirriżulta li mhux minnu li ulied il-Prim Ministru se jbiddlu l-iskola u jmorru fi skola li skont Azzopardi tiswa €70,000 fis-sena.
Mistoqsi jekk ladarba iktar kmieni dan ix-xahar hu talab għal privatezza issa kiex se jikkundanna lil Jason Azzopardi, Delia qagħad lura milli jikkundanna lid-deputat tiegħu.
Qal biss li ma kienx jaf x’qal. Anke jekk spjegatlu l-ġurnalista u dwar is-suġġett inkitnu artikli minn midja differenti sigħat ilu.