Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li m’għandux rendikont ta’ kemm-il persuna irrizenjat mill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar sentejn.
F’Settembru 2018 Adrian Delia ġie elett mit-tesserati Nazzjonalista bħala Kap Nazzjonalista.
Il-ħatra tiegħu ġabet firda u qasma kbira fil-Partit Nazzjonalista. Bil-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil ma temminx li Delia għandu jkun Kap Nazzjonalista, minħabba l-karattru tiegħu u l-allegazzjonijiet serji li hemm fil-konfront tiegħu. Fosthom li daħħal flus f’kont banakarju f’Jersey ġejjin mill-prostituzzjoni.
Dan wasal sabiex numru kbir ta’ partitarji Nazzjonalisti jirriżenjaw mill-Partit wara snin twal ta’ servizz.
Delia kien mistoqsi: “Taf kemm-il riżenja sofra il-Partit Nazzjonalitsta taħt it-tmexxija tiegħek ? Int l-ikbar kap li rriżenjaw nies taħt it-tmexxija tiegħek”. Hu wieġeb “Le m’għandiex.”
F’Mejju li għadda Adrian Delia wassal lill-Partit Nazzjonalista għall-ikbar telfa elettorali u apparti l-ġlied kbir li inħoloq, numru kbir ta’ persuni rriżenjaw mill-Partit.
Fost dawn il-persuni li irrizenjaw taħt it-tmexxija ta’ Delia hemm David Stellini li rrizenja minn Deputat Nazzjonalista.
Mark Anthony Sammut irrizenja mill-kariga ta’ President tal-Eżekuttiv.
Fost għadd ta’ tesserati li wkoll telqu lill-Partit Nazzjonalista minħabba t-tmexxija ta’ Delia hemm Charlot Cassar, Norman Vella, Hermann Farrugia u Marion Pace Asciak.
Irrizenjaw ukoll zewġ tezorier nazzjonalista – David Camilleri, u bl-iktar riżenja friska tkun ta’ Antoine Zammit.
Kien hemm sensiela ta’ riżenji ukoll fil-midja Nazzjonalista. Fosthom John Zammit irriżenja taħt Adrian Delia minn editur politiku wara snin twal ta’ ħidma. U Pierre Portelli irrizenja minn Kap Eżekuttiv tal-midja Nazzjonalista.
Quddiem din il-lista twila ta’ persuni li irrizenjaw minħabba Adrian Delia jew l-istat li jinsab fih l-Partit, Delia deher mhux konxju b’dawn ir-riżenji. Mistoqsi darba darbtejn baqa’ jgħid li ma jafx min irriżenja mill-Partit.
Hu sostna: “Le m’għandiex rendikont ta’ kemm il-persuni rriżenjaw mill-Partit.”
Lil Adrian Delia saqsejnieh dwar dikjarazzjonijiet li għamel it-Tlieta filgħodu Pierre Portelli li akkuzah b’ipokresija u li m’hemmx rieda fil-Partit biex isir rilevanti.
Xott daqs il-frawli, Delia qal biss li jrid jattira n-nies lejn il-Partit.
Delia tenna: “Iridu nattiraw lil kulħadd
Dikjarazzjoni li tqajjem dubji kbar, għax Delia li ma jafx kemm irriżenjaw nies mill-Partit Nazzjonalista, żgur li ma jistax jittiħed bis-serjetà meta jgħid li se jattira nies ġodda lejn il-Partit Nazzjonalista.”