Inutli titkellem fuq soċjetà li jimportaha jekk meta jkollok is-saħħa tara li s-soċjetà tibgħat dan il-messaġġ, taġixxi l-kontra. Il-Partit Laburista nnota li Adrian Delia llejla reġa’ kkonferma li jekk hemm xi ħadd li ma jimportahx mill-vulnerabbli huwa hu. Dan meta ddefenda l-vot tiegħu kontra l-liġi tal-vjolenza domestika.Delia m’għandu ebda rimors li qal le fil-parlament għal liġi li ssaħħaħ idejn il-vittma anke jekk f’dan il-każ kellu nies mill-grupp parlamentari tiegħu stess li vvotaw kontrih.
Il-Partit Laburista fakkar li l-vot ta’ Delia kien kundanabbli. Il-fatt li xhur wara għadu ma realizzax kemm bagħat messaġġ ħażin lis-soċjeta huwa ta’ stmerrija kbira