Ftit inqas minn sagħtejn qabel id-dimostrazzjoni fil-Belt, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li mhux se jattendi. Kien ma’ The Malta Independent li għamel din id-dikjarazzjoni.
Skond is-sit tal-Maltatoday Delia rrealiżża li l-maġġoranza tal-grupp Parlamentari Nazzjonalista ma ħassuhomx komdi jidhru miegħu u għażlu li jgħamlu arranġamenti oħra biex ma jiltaqgħux mal-kap tagħhom fil-Belt Valletta.
Delia kkritika bl-aħrax lill-blogger Daphne Caruana Galizia fil-fatt kien hemm każi fejn huwa għajjara bħala ‘biċċa ġurnalista’.
Għal darboħra Delia kien kostrett li jgħamel dak li ma jridx.