Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia waqqaf lil Louis Galea mir-riforma li beda jagħmel fil-Partit Nazzjonalista.
Ilbieraħ Louis Galea qal li Adrian Delia għandu jirriżenja u ma jibqax jabbuża mill-lealtà tat-tesserati.
Sena ilu Louis Galea tqabbad minn Adrian Delia sabiex jagħmel riforma fil-partit u l-partit ikollu statut ġdid.
Minkejja li dan l-istatut huwa lest, Louis Galea kien se jkompli jgħin fir-riforma fil-Partit Nazzjonalista, iżda Delia keċċieh.
F’messaġġ fuq Facebook, l-għada li talbu biex iwarrab, Delia rringrazzja lil Galea tal-ħidma tiegħu.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/07/15/louis-galea-jghid-li-delia-ma-jistax-jibqa-kap-u-akkuzah-li-qed-jabbuza-mill-lealta-tat-tesserati-1/